| Arkivju ta' l-aħbarijiet |
 |
03/05/2007 minn: Agathe Djelalian
|
|
U r-rebbieħa huma...
Fis-16 ta' Ġunju 2007 fi Brussell, il-ġurija kbira magħmula minn uffiċjali mill-Ministeri ta' l-Edukazzjoni, għażlet ir-rebbieħa tal-kompetizzjonjiet tar-Rebbiegħa ta' l-Ewropa 2007.
Servej: Agħtina l-opinjoni tiegħek!
Dan huwa kwestjonarju ta' evalwazzjoni online. Huwa se jagħtik l-opportunità li tagħti l-opinjoni tiegħek dwar ir-Rebbiegħa ta' l-Ewropa 2007, l-avvenimenti u l-attivitajiet tagħha. L-opinjoni tiegħek tiswa ħafna.
Ċelebrazzjoni ta' għeluq is-snin fil-Parlament Ungeriż
Fl-4 ta' Mejju 2007, Pat Cox, President tal-Moviment Ewropew (assoċjazzjoni internazzjonali ta' lobbying) u eks President tal-Parlament Ewropew, ħa sehem f'konferenza organizzata mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Ungeriż, bl-isem "Nerġgħu nibdew il-50 sena li jmiss fl-UE". Huwa indirizza l-udjenza b'diskors dwar l-importanza tal-valuri Ewropej għal aktar integrazzjoni Ewropea.
Suċċess kbir għall-kompetizzjonijiet!
L-iskejjel primarji u sekondarji ħarġu l-kreattività kollha tagħhom fil-kompetizzjonijiet tar-Rebbiegħa ta' l-Ewropa 2007, li kienu suċċess kbir b'total ta' 3 603 sottomissjoni minn 24 pajjiż.
Jum l-Ewropa fl-Iżvezja mal-Kummissarju Wallström
Margot Wallström, Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli mir-relazzjonijiet istituzzjonali u l-komunikazzjoni, għandha parti attiva fir-Rebbiegħa ta' l-Ewropa. Fid-9 ta' Mejju 2007, ftit jiem qabel iċ-chat online ma' studenti Ewropej, il-Kummissarju Wallström marret l-Iżvezja (art twelidha) biex iżżur skola sekondarja fi Stokkolma sabiex tiċċelebra Jum l-Ewropa.
50 sena wara: Xi tfisser l-UE għalina?
Nhar il-15 ta' Mejju 2007, Graham Watson, MEP u mexxej ta' ALDE, flimkien mat-tim tiegħu ta' esperti, żar l-uffiċċju ta' European Schoolnet biex jieħu sehem f'sessjoni ta' chat ma' studenti Ewropej.
Il-Viċi President Margot Wallström iltaqgħet ma' skejjel Ewropej f'chat online
Fil-11 ta' Mejju 2007, Margot Wallström, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u Kummissarju għar-Relazzjonijiet Istituzzjonali u Strateġija tal-Komunikazzjoni, żaret l-uffiċċju ta' European Schoolnet biex tiċċettja ma' studenti Ewropej.
Chat fuq l-Internet Chat mal-Kummissarju Ján Figel'
Fil-25 ta' April 2007, Ján Figel', Membru tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għall-Edukazzjoni, Taħriġ, Kultura u Żgħazagħ, flimkien ma' tim ta' esperti, żar l-uffiċċju ta' European Schoolnet biex iwieġeb għal mistoqsijiet minn studenti dwar iċ-ċittadinanza Ewropea.
Il-President Dimitriadis wieġeb għall-mistoqsijiet ta' l-istudenti dwar il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Fil-11 ta' April 2007, Dimitris Dimitriadis, President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u tim ta' esperti ngħataw merħba fl-uffiċċju ta' l-EUN biex jieħdu sehem f'chat tar-Rebbiegħa ta' l-Ewropa ma' studenti. Bħala mistieden online ta' 11-il skola Ewropea, huwa wieġeb għall-mistoqsijiet tagħhom dwar it-tema "50 sena ta' Ewropa: L-EESC bħala pont bejn l-Ewropa u s-soċjetà ċivili organizzata".
Internet Chat ma' Michel Delebarre, President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Nhar it-2 ta' April 2007, Michel Delebarre, President tal-Kumitat tar-Reġjuni, żar European Schoolnet. Huwa kien il-mistieden online ta' disa' skejjel Ewropej u wieġeb għall-mistoqsijiet tagħhom dwar it-tema "X'futur għar-Reġjuni u l-Ibliet ta' l-Ewropa wara 50 sena ta' Unjoni Ewropea?".
Hu sehem fis-Samit taż-żgħażagħ f'Ruma mill-kompjuter !
Se jseħħ Samit taż-Żgħażagħ f'Ruma b'mod parallel mal-laqgħa bejn il-Kapijiet ta' l-Istat u tal-Gvernijiet f'Berlin fl-24 u l-25 ta' Marzu. Rappreżentanti taż-żgħażagħ minn madwar l-Ewropa kollha se jiddiskutu l-ġejjieni tagħhom, l-ewwel ma' xulxin, imbagħad mal-Kunsill Ewropew f'Berlin, permezz ta' trażmissjoni diretta. Din il-link se tgħaqqad ukoll il-laqgħa maċ-ċelebrazzjonijiet fi Brussell fl-24 ta' Marzu, organizzati mill-awtoritajiet Belġjani.
Lestu għar-Rebbiegħa ta’ l-Ewropa 2007!
Għadha kif tnediet il-websajt tar-Rebbiegħa ta’ l-Ewropa. Din is-sena, aħna se noffrulkom ħafna affarijiet inklużi ġabra sinifikanti ta’ materjal ta’ tagħlim għall-iskejjel, sensiela ta’ attivitajiet online sbieħ u logħob tar-rwoli edukattiv interattiv. Dawn għandhom ikunu tajbin għal studenti fi skejjel primarji u sekondarji. Lestu biex tiċċelebraw l-Ewropa ma’ eluf ta’ studenti u għalliema minn madwar l-Ewropa kollha!
Niċċelebraw il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Ruma
Fil-25 ta’ Marzu 1957, ġie ffirmat it-Trattat ta’ Ruma li kien jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom), u b’hekk infetħet it-triq għal dik li eventwalment saret l-Unjoni Ewropea. Ħamsin sena wara, aħna qed niċċelebraw l-anniversarju tat-Trattat ta’ Ruma.
|