Il-logħbiet didattiċi jindirizzaw studenti primarji u sekondarji. Il-logħbiet ikopru bosta oqsma tematiċi bħalma huma l-integrazzjoni Ewropea, iċ-ċittadinanza Ewropea, il-munita unika, il-ħarsien tal-konsumatur, is-suq intern, l-Ewropa fid-dinja, it-Tkabbir ta’ l-UE, il-valuri kulturali komuni Ewropej, il-wirt kulturali Ewropew, l-istituzzjonijiet Ewropej, l-UE u ċ-ċittadini tagħha, it-Trattati ta’ l-UE u ħafna oħrajn.
- Ilgħab fuq l-Unjoni Ewropea!
Minn Andreea Silter, Rumanija
- Din il-logħba tista’ tintlagħab kemm fl-iskejjel primarji u kemm f’dawk sekondarji.
- X’hemm bżonn: klassi maqsuma f’żewġ timijiet; xi ħadd li jżomm il-punteġġ.
- Disponibbli bl български | Ceština | Dansk | Deutsch | ελληνικά | English | Español | Eesti keel| Suomi | Français | Magyar | Italiano | Lietuviu kalba| Latviesu valoda| Malti |Nederlands | Polski |Português | Română | Slovenčina | Slovensčina | Svenska.
- Tgħallem u ilgħab l-Ewropa!
Minn Viljenka Savli, Slovenja
- Din il-logħba tgħin lil min ikun qed jilgħab li jitgħallem aktar dwar l-UE u ċ-ċittadini tagħha bl-użu ta’ mapep, figuri u simboli.
- Disponibbli bl-български | Ceština | Dansk | Deutsch | ελληνικά | English | Español | Eesti keel | Suomi | Français | Magyar | Italiano | Lietuviu kalba | Latviesu valoda | Malti |Nederlands | Polski |Português | Română | Slovenčina | Slovensčina | Svenska.
- Muniti Ewro
Minn Zoltan Galik, Slovakkja
- Tista’ tqabbel il-muniti kollha Ewro mal-pajjiż ta’ l-oriġni tagħhom? Kaxkar kull munita fil-post it-tajjeb fuq il-mappa ta’ l-Ewropa.
- Disponibbli bl-Ingliż u Slovakk.
- Tisliba dwar l-innu Ewropew
Minn Pedro Reis, Portugall
- Qabel ma tlesti t-tisliba, inti jkollok l-opportunità li titgħallem aktar u tisma’ l-Innu Ewropew.
- Disponibbli bl-български | Ceština | Dansk | Deutsch | ελληνικά | English | Español | Eesti keel | Suomi | Français | Magyar | Italiano | Lietuviu kalba | Latviesu valoda | Malti |Nederlands | Polski |Português | Română | Slovenčina | Slovensčina | Svenska.
- Id-Danubju: Żigarella blu li tgħaqqad nies u kulturi Ewropej
Minn Pedro Reis, Portugall
- Din it-tisliba għandha l-għan li tiffriska l-għarfien tiegħek jew li tgħinek issir taf aktar dwar ix-Xmara Danubju.
- Disponibbli bl-български | Ceština | Dansk | Deutsch | ελληνικά | English | Español | Eesti keel | Suomi | Français | Magyar | Italiano | Lietuviu kalba | Latviesu valoda | Malti |Nederlands | Polski |Português | Română | Slovenčina | Slovensčina | Svenska.
- Logħba ta' X u O dwar l-Unjoni Ewropea
Minn Andreea Silter, Rumanija
- L-iskop ta' din il-logħba hu li jinkoraġġixxi lill-istudenti jwieġbu disa' mistoqsijiet dwar l-Unjoni Ewropea biex jieħdu 3 X jew O mimdudin, weqfin jew djagonali. Il-mistoqsijiet ikopru stadji mill-istorja ta' l-UE. Hi maħsuba wkoll biex timmotiva studenti bejn 11 u 19-il sena biex jaħdmu flimkien fi gruppi u jtejjbu l-ħiliet tagħhom ta' komunikazzjoni.
- Disponibbli bl-Ingliż u Rumen.
- Id-Deċiżjoni f'Idejk
Minn Fred Boss, Irlanda
- Din il-logħba tista' tiġi adattata kemm għal-livelli primarji u sekondarji. Il-klassijiet huma mħeġġa jiddiskutu l-oqsma differenti dwar it-teħid ta' deċiżjonijiet u jagħmlu xi deċiżjonijiet tagħhom ukoll. L-istampi li huma inklużi fil-logħba għandhom l-għan li jgħinu lill-istudenti jaraw aħjar il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet f'livell Ewropew.
- Disponibbli bl-Ingliż.
- Forom tal-Pajjiżi Ewropej
Minn Zoltan Galik, Slovakkja
- Dan huwa programm interattiv biex l-istudenti jitgħallmu jidentifikaw il-forom tal-pajjiżi fuq mappa Ewropea. Il-parteċipanti jridu jkaxkru l-bnadar biex iqabbluhom mal-forma ta' pajjiż fuq il-mappa.
- Disponibbli bl-български | Ceština | Dansk | Deutsch | ελληνικά | English | Español | Eesti keel | Suomi | Français | Magyar | Italiano | Lietuviu kalba | Latviesu valoda | Malti |Nederlands | Polski |Português | Română | Slovenčina | Slovensčina | Svenska.
- Missirijiet Fundaturi ta' l-UE
Minn Andreea Silter, Rumanija
- Dan l-oġġett ta' tagħlim għandu l-għan li jġedded u jtejjeb l-għarfien tiegħek dwar il-missirijiet fundaturi ta' l-Unjoni Ewropea.
- Disponibbli bl-Ingliż.