 |




|
 |
Politika ta' Privatezza 10/04/2007
Il-Portal tar-Rebbiegħa ta’ l-Ewropa huwa ddedikat għall-privatezza ta’ l-utent. L-intenzjoni tagħna hija li nipprovdu ambjent sigur għall-iskejjel u l-għalliema. L-istqarrija li ġejja turi l-politiki li bihom il-Portal tar-Rebbiegħa ta’ l-Ewropa jiġbor, jimmaniġġja, u juża l-informazzjoni pprovduta lilna mill-utenti. L-użu tal-Portal tar-Rebbiegħa ta’ l-Ewropa jindika li inti qrajt dawn il-politiki u taqbel li timxi magħhom.
1- Għan L-informazzjoni dwar skejjel u persuni fl-iskejjel hija miġbura sabiex jitwaqqfu proġetti kollaborattivi bejn skejjel fl-Ewropa.
2- Ġbir ta’ informazzjoni L-informazzjoni miġbura u miżmuma mill-Portal tar-Rebbiegħa ta’ l-Ewropa tinżamm fuq servers fl-Awstrija. L-użu tal-Portal tar-Rebbiegħa ta’ l-Ewropa jfisser li inti tagħti kunsens għat-trasferiment ta’ informazzjoni fl-Unjoni Ewropea.
Sabiex iservi lill-utenti tiegħu bl-aħjar mod possibbli, il-Portal tar-Rebbiegħa ta’ l-Ewropa jitlob din l-informazzjoni b’mod mandatorju: • Informazzjoni dwar l-għalliem/a: isem, kunjom, lingwa materna, email. • Informazzjoni dwar l-iskola: isem ta’ l-iskola, tip, firxa ta’ l-età, numru ta’ studenti, indirizz, raħal, kodiċi postali, pajjiż, reġjun.
L-informazzjoni li ġejja m’hijiex mandatorja: • Informazzjoni dwar l-għalliem/a: suġġett/i mgħallma. • Informazzjoni dwar l-iskola: websajt, numru tat-telefown u fax, email, kodiċi tal-kupun.
3- Aċċess għall-informazzjoni
Matul il-proċess tar-reġistrazzjoni, l-utenti se jkunu mitluba li jispeċifikaw username uniku u password li tikkorrispondi miegħu. Bil-username/password flimkien, l-utenti jkollhom aċċess għall-kont tagħhom u jużaw iż-żona riżervata tas-sit.
Skejjel reġistrati jitħallew ikollhom aċċess, jimmodifikaw u jħassru l-informazzjoni pprovduta fi kwalunkwe ħin billi jilloggjaw.
4- Użu ta’ l-informazzjoni miġbura Statistiċi ġenerali jinġabru regolarment, u jinkludu, imma mhux biss, in-numru ta’ utenti matul perjodu speċifiku, is-suġġett/i preferut/i u/jew il-pajjiżi magħżula mill-għalliema, u użu tal-kont. Fi sforz biex intejjbu bl-aqwa mod l-esperjenza ta’ l-utent, il-Portal tar-Rebbiegħa ta’ l-Ewropa jista’ jżomm rendikont tal-frekwenza taż-żjajjar ta’ utent, drawwiet, preferenzi u settings. Aċċess għal din l-informazzjoni huwa strettament limitat għall-Kummissjoni Ewropea, ministeri ta’ l-edukazzjoni u awtoritajiet responsabbli mill-implimentazzjoni tar-Rebbiegħa ta’ l-Ewropa. It-tim tar-Rebbiegħa ta’ l-Ewropa mhux se jgħaddi l-informazzjoni personali tiegħek għal skopijiet ta’ marketing dirett.
It-tim tar-Rebbiegħa ta’ l-Ewropa se jkollu aċċess għall-informazzjoni fil-kont ipprovduta u jista’ jimmodifika u/jew iħassar informazzjoni skond il-ħtieġa biex tinżamm l-integrità tad-database ta’ l-utenti. Informazzjoni bħalma hi l-indirizz IP ta’ l-utent, l-internet service provider (ISP), browser tal-web, sistema operattiva, drabi approssimattivi ta’ użu, minn liema sit ikun ġej, u kwalunkwe informazzjoni simili mibdula bejn il-kompjuter ta’ utent u s-servers tal-Portal tar-Rebbiegħa ta’ l-Ewropa tinġabar fuq bażi ġenerali, u, sakemm ma tkunx mibdija minn kont ta’ utent speċifiku, ma jeżisti l-ebda biex din l-informazzjoni tintrabat ma’ kont ta’ utent partikolari. Din l-informazzjoni hija aċċessibbli biss għall-amministraturi tas-sistema fit-Tim tar-Rebbiegħa ta’ l-Ewropa u tintuża biex tiżgura l-akbar kompatibbiltà u konnettività bejn l-utenti u l-Portal tar-Rebbiegħa ta’ l-Ewropa.
5- Tul ta’ żmien għaż-żamma ta’ l-informazzjoni miġbura It-Tim tar-Rebbiegħa ta’ l-Ewropa jżomm l-informazzjoni sa l-aħħar ta’ l-2007 biss.
6- Sigurtà tas-sit
Il-Portal tar-Rebbiegħa ta’ l-Ewropa implimenta u jkompli jżomm miżuri tekniċi u ta’ maniġment xierqa sabiex iħares l-informazzjoni personali tiegħek minn telf, ħsara, korruzzjoni, jew tħassir.
7- Tibdil f’din il-politika ta’ privatezza
Kwalunkwe u kull tibdil f’din il-politika ta’ privatezza jiġi reġistrat hawnhekk hekk kif dan it-tibdil jidħol fis-seħħ. Jekk għandek xi mistoqsijiet jew tħassib dwar din il-politika ta’ privatezza, fi kwalunkwe ħin, jekk jogħġbok ikkuntattja springday2007@eun.org
8- Kif tikkuntattja t-tim tar-Rebbiegħa ta’ l-Ewropa
It-tim tar-Rebbiegħa ta’ l-Ewropa huwa bbażat fi Brussell, Belġju.
Spring Day Team European Schoolnet Santi Scimeca Rue de Trèves 61 1040 Brussels Belgium springday2007@eun.org
|

|
 |