Għażel il-lingwa tiegħek 
ATTIVITAJIET   |   KOMPETIZZJONIJIET   |   CHATS   |   LOGĦOB TAR-RWOLI

L-ewwel paġna
Tagħrif
Kamra ta' l-aħbarijiet
Riżorsi
Ikkuntattjana

  Il-profil tiegħi










Kif torganizza chat bħala attività fil-klassi

10/04/2007 minn: Petru Dumitru

Iċ-chats li aħna norganizzaw jindirizzaw klassijiet li huma mmexxija minn għalliem wieħed jew aktar. Minħabba li dawn iċ-chats iqarrbu flimkien personalitajiet ewlenin Ewropej u klassijiet minn pajjiżi Ewropej differenti, huma jistgħu jagħmlu lezzjoni dwar suġġett sinifikanti ħafna aktar interessanti.

Iċ-chats huma ppjanati u mħabbra minn qabel. Il-mistieden taċ-chat u t-tim tal-proġett jagħżlu tema adatta, data u lingwa komuni għall-komunikazzjoni.

Il-klassijiet parteċipanti jippreparaw għaċ-chat billi jaraw ir-riżorsi online marbuta mas-suġġett magħżul. Il-klassijiet imbagħad jiddiskutu s-suġġett taċ-chat u jagħżlu il-mistoqsijiet l-aktar adatti li jkunu jixtiequ jagħmlu u li jkunu jaqblu mas-suġġett ġenerali taċ-chat.

Il-klassijiet parteċipanti huma mħeġġa li jinqasmu f'żewġ jew tliet gruppi żgħar matul is-sessjoni taċ-chat. Kull grupp għandu jkollu mexxej, li jittajpja l-mistoqsijiet. Il-mexxej tal-grupp għandu jkollu għarfien tajjeb tal-lingwa taċ-chat u għandu jkunu kapaċi jittajpja malajr u bla żbalji. Il-membri l-oħra tal-grupp huma mħeġġa li josservaw iċ-chat online li tinvolvi gruppi bi sfondi kulturali differenti. B'dan il-mod l-imsieħba kollha taċ-chat jikkontribwixxu biex jintlaħaq djalogu interkulturali mill-aqwa dwar suġġett komuni.

Kuntatt
L-għalliema li jixtiequ jieħdu sehem f'chat mal-klassijiet tagħhom għandhom jirreġistraw billi jibagħtu email (bl-Ingliż jew bil-Franċiż) lil Petru Dumitru.


Ipprintja din il-paġna
Ibgħat din il-paġna lil xi ħabib
Arkivju ta' l-aħbarijiet
Niżżel iċ-ċertifikat



Drittijiet ta' l-awtur 2007,  Kummissjoni Ewropea |  Disclaimer |  Kuntatt |  Tagħrif |  Rekwiżiti tekniċi