Kalendarju komuni
Is-Sena Ewropea tal-Kreattività u l-Innovazzjoni twassal l-idea ta’ qsim ta’ avvenimenti deċiżivi u ewlenin li juru r-rwol tal-kreattività fil-futur tal-Ewropa kif ukoll l-importanza taż-żgħażagħ fit-twettiq tal-innovazzjoni. L-attività tippermetti lil studenti li jdaħħlu l-attività kulturali tagħhom marbuta mas-suġġett. Taħt it-tmexxija tal-għalliema tagħhom, l-istudenti huma mistiedna jinvestigaw dati deċiżivi fl-UE, speċjalment dawk li jirrappreżentaw il-pajjiż tagħhom fl-UE. Imbagħad, huma jintalbu jagħżlu data bejn l-1950 u llum, u jagħtu l-kontribut tagħhom billi jiktbu deskrizzjoni ta’ dik il-ġrajja. Dan il-kalendarju se juri l-unità fid-diversità tal-Ewropa ppreżentata mill-istudenti għall-istudenti.
|
 |