 |




|
 |
Għalfejn għandek tirreġistra lill-iskola tiegħek? 22/05/2007 minn: Agathe Djelalian
Irreġistra għar-Rebbiegħa ta' l-Ewropa 2007 u ngħaqad ma' eluf ta' għalliema u studenti minn madwar l-Ewropa kollha u daħħal lill-iskola tiegħek fid-dibattitu. Permezz tar-Rebbiegħa ta' l-Ewropa, ħu l-opportunità li tgħid tiegħek dwar kwestjonijiet Ewropej. Aqsam il-mistoqsijiet u t-tħassib tiegħek dwar il-futur ta' l-Ewropa direttament mal-persuni li jieħdu deċiżjonijiet fl-UE u li huma ħerqana li jisimgħuk.
- Kun parti mill-komunità tar-Rebbiegħa ta’ l-Ewropa u għamel l-iskola tiegħek viżibbli fl-Ewropa. Uża dan il-websajt biex titgħallem, taqsam ideat, tikkollabora ma’ studenti minn reġjuni u pajjiżi differenti, turi x-xogħol tiegħek u ssemma’ leħnek!
- L-għalliema li jieħdu sehem fil-proġett jibbenefikaw mis-servizzi kollha tagħna li jinkludu netwerk ta’ għalliema esperti li jipprovdu għajnuna u pariri, sa riżorsi u attivitajiet pedagoġiċi ta’ kwalità għolja. Ħu vantaġġ sħiħ mill-materjal kollu għat-tagħlim, logħob edukattiv, aħbarijiet u informazzjoni murija fuq dan il-portal.
- Ingħaqad ma’ Ewropej oħra biex tiċċelebra l-50 anniversarju tat-Trattat ta’ Ruma. Uri li d-dibattitu huwa importanti għaċ-ċittadini żgħażagħ u li l-ġenerazzjonijiet il-ġodda għandhom rwol ewlieni fit-tfassil tal-futur ta’ l-Ewropa.
Għal raġunijiet ta’ sigurtà, huwa importanti li inti tirreġistra u tagħti informazzjoni dwar l-iskola tiegħek. Meta tirreġistra, inti tiggarantixxi li dak li tagħmel ma’ l-istudenti tiegħek jiġi ppubblikat fuq websajt Ewropew sigur.
Jekk inti tinvolvi ruħek fir-Rebbiegħa ta’ l-Ewropa billi torganizza avveniment fl-iskola tiegħek, dibattitu online ma’ mexxejja politiċi ta’ l-UE jew tieħu sehem f’attivitajiet pedagoġiċi, inti tirċievi ċertifikat diġitali ffirmat minn persuni ewlenin li jieħdu deċiżjonijiet fl-UE.
Mela tistenniex aktar! Irreġistra u ibda issa!
|

|
 |