Għażel il-lingwa tiegħek 
ATTIVITAJIET   |   KOMPETIZZJONIJIET   |   CHATS   |   LOGĦOB TAR-RWOLI

L-ewwel paġna

Tagħrif
arrowDaqqa t'għajn
arrowGħalfejn tirreġistra
arrowEdizzjonijiet preċedenti

Kamra ta' l-aħbarijiet
Riżorsi
Ikkuntattjana

  Il-profil tiegħi










Ir-Rebbiegħa ta' l-Ewropa f'daqqa t'għajn

29/03/2007 minn: Agathe Djelalian

Merħba fil-websajt tar-Rebbiegħa ta' l-Ewropa 2007!
Ir-Rebbiegħa ta' l-Ewropa hija inizjattiva annwali mmexxija miċ-ċittadini bl-għan li tħeġġeġ liż-żgħażagħ jiddibattu, jirriflettu, jitgħallmu u jsemmgħu leħinhom dwar kwestjonijiet Ewropej. Ir-Rebbiegħa ta' l-Ewropa, li kienet dejjem suċċess f'dawn l-aħħar erba' snin, hija avveniment integrat bis-sħiħ fil-kalendarju skolastiku Ewropew.

Imfassla biex tqanqal interess u dibattitu dwar il-prinċipji, il-kisbiet u l-futur ta’ l-UE, ir-Rebbiegħa ta’ l-Ewropa hija opportunità unika għall-istudenti biex jiltaqgħu, jaqsmu ideat u jitkellmu dwar it-tamiet u t-tħassib tagħhom ma’ esperti u mexxejja politiċi ta’ l-UE.

Din is-sena jaħbat il-50 anniversarju mit-Trattat ta’ Ruma. Għal din ir-raġuni, “Flimkien mill-1957: l-Iskejjel jiċċelebraw l-Ewropa” hija t-tema magħżula għar-Rebbiegħa ta’ l-Ewropa 2007.
Dan l-anniversarju huwa opportunità biex nikkomunikaw dwar dak li l-UE kisbet sa issa u biex nintensifikaw id-dibattitu dwar il-futur ta’ Ewropa, futur li jkun jaqbel mal-ħtiġijiet u l-istennija tal-ġenerazzjonijiet żgħażagħ.
L-edizzjoni l-ġdida tar-Rebbiegħa ta’ l-Ewropa se tkun mit-28 ta’ Marzu – iċ-ċelebrazzjoni tal-50 anniversarju mill-iffirmar tat-Trattat ta’ Ruma – sat-30 ta’ Ġunju 2007, b’attenzjoni speċjali fuq id-9 ta’ Mejju, li huwa Jum l-Ewropa. Dawn id-dati huma l-qofol ta’ l-avveniment maħsub għall-iskejjel kollha fl-UE, kif ukoll fil-pajjiżi fil-proċess ta’ adeżjoni u l-pajjiżi kandidati.

Se jkun hemm firxa wiesgħa ta' attivitajiet fl-iskejjel madwar l-Ewropa kollha bħal kompetizzjonijiet, wirjiet, dibattiti, konferenzi u chats online bejn studenti minn pajjiżi differenti u mexxejja politiċi f'livelli Ewropej, nazzjonali u lokali. L-iskejjel primarji u sekondarji huma mistiedna jieħdu sehem bil-mod tagħhom, skond ir-riżorsi tagħhom.

Sabiex jiffaċilita u jħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta' l-iskejjel, dan il-websajt jipprovdi lill-għalliema u l-istudenti b'ideat u suġġerimenti sabiex jiġu organizzati avvenimenti, kif ukoll riżorsi pedagoġiċi, attivitajiet fil-klassi, logħob pedagoġiku u għodod edukattivi.

L-għanijiet ewlenin tagħna huma l-komunikazzjoni, is-smigħ u r-rabta ma' ċittadini żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea.

Meta tieħu sehem fir-Rebbiegħa ta' l-Ewropa 2007, inti tkun qed tikkontribwixxi biex tiċċelebra l-Ewropa!

Dokumenti ewlenin
- Nota ta' informazzjoni
- Sejħa

 


Ipprintja din il-paġna
Ibgħat din il-paġna lil xi ħabib
Arkivju ta' l-aħbarijiet
Niżżel iċ-ċertifikat



Drittijiet ta' l-awtur 2007,  Kummissjoni Ewropea |  Disclaimer |  Kuntatt |  Tagħrif |  Rekwiżiti tekniċi