 |




|
 |
| TAGĦRIF |
 |
28/02/2007
|
|
Ir-Rebbiegħa ta' l-Ewropa f'daqqa t'għajn
Merħba fil-websajt tar-Rebbiegħa ta' l-Ewropa 2007! Ir-Rebbiegħa ta' l-Ewropa hija inizjattiva annwali mmexxija miċ-ċittadini bl-għan li tħeġġeġ liż-żgħażagħ jiddibattu, jirriflettu, jitgħallmu u jsemmgħu leħinhom dwar kwestjonijiet Ewropej. Ir-Rebbiegħa ta' l-Ewropa, li kienet dejjem suċċess f'dawn l-aħħar erba' snin, hija avveniment integrat bis-sħiħ fil-kalendarju skolastiku Ewropew.
Għalfejn għandek tirreġistra lill-iskola tiegħek?
Irreġistra għar-Rebbiegħa ta' l-Ewropa 2007 u ngħaqad ma' eluf ta' għalliema u studenti minn madwar l-Ewropa kollha u daħħal lill-iskola tiegħek fid-dibattitu. Permezz tar-Rebbiegħa ta' l-Ewropa, ħu l-opportunità li tgħid tiegħek dwar kwestjonijiet Ewropej. Aqsam il-mistoqsijiet u t-tħassib tiegħek dwar il-futur ta' l-Ewropa direttament mal-persuni li jieħdu deċiżjonijiet fl-UE u li huma ħerqana li jisimgħuk.
Edizzjonijiet preċedenti
Jum ir-Rebbiegħa kien ġie mniedi fl-2002 fuq impuls tal-Membri tal-Konvenzjoni Ewropea. L-idea oriġinali kienet li l-istudenti jiġu infurmati dwar il-futur ta' l-UE u tal-mekkaniżmi ta' l-Istituzzjonijiet Ewropej. Bit-twaqqif ta' attivitajiet pedagoġiċi, dan il-proġett kellu l-għan li jistimola l-interess u d-dibattiti dwar l-Unjoni Ewropea fost l-istudenti.
|

|
 |